Lokali Parlament

Daphne Caruana Galizia hi l-eroj tal-Maltin għax inqatlet għax qalet il-verità


Graziella Attard Previ, PN

F’diskors fl-Aġġornament tal-parlament id-deputat Nazzjonalista Graziella Attard Previ qalet li Daphne Caruana Galizia hi l-eroj tal-Maltin għax inqatlet għax qalet il-verità; Daphne ħabbet lil Malta għax ipprovat tiftaħ għajnejn in-nies li hawn affarijiet li m’humiex qiegħdin sew iżda qatluha biex jgħalqulha ħalqha.


Graziella Attard Previ qalet li għaddew sitt mill-qtil ta’ ġurnalista Daphne Caruana Galizia meta kienet ukoll attakkata wkoll il-libertà tal-espressjoni.


F’dawn is-sitt snin komplew l-attakki fuq Daphne, sostniet id-deputat Nazzjonalista, li qalet li flinkjesta pubblika l-gvern Laburista nstab ħati li ħoloq klima li fiha nqatlet Daphne. Il-gvern ma tgħallem xejn għaliex il-media tal-PL għadhom jiddisprezzaw lil Daphne.


Id-deputat Nazzjonalista kompliet li l-gvern għadu jattakka u jirredikola lill-ġurnalisti kull meta dawn jikxfu fi fatt xokkanti fuq l-imġieba xejn tajba ta’ deputati Laburista l-aktar meta tissemma’ l-korruzzjoni.
Attard Previ qalet li minkejja li tressqu persuni b’rabta mal-qtil ta’ Daphne, għad ma saritx ġustizzja. L-għajta għall-ġustizzja tibqa’ għaliex il-persuni kollha li semmiet Daphne f’każi marbuta mal-korruzzjoni għadhom barra u ma tressaq ħadd minnhom.


Dan hu l-kontinwazzjoni tad-disprezz tal-Gvern u l-PL dejjem urew lejn Caruana Galizia. Il-pulizija qatt ma nvestigaw dak li żevlat Daphne waqt li l-AĠ injora dak kollu li żvelat Daphne fosthom dwar il-Bank Pilatus. Kellha tkun is-soċjetà ċivili li tinsisti biex dan iseħħ.


Id-deputat Nazzjonalista qalet li l-PN jinsab fuq in-naħa tas-sewwa u għalhekk ressaq mozzjoni għat-tisħiħ tal-pluraliżmu u l-libertà tal-espressjoni għaliex il-ġurnalisti m’humiex protetti minħabba li l-gvern iqishom għadu tiegħu.


Graziella Attard Previ kompliet li l-istituzzjonijiet ma ħadmux u m’humiex jaħdmu tant li l-pulizija tieħu biss passi kontra atti żgħar iżda ma tieħux passi fuq il-każi l-kbar tal-korruzzjoni. Daphne hi l-eroj tal-Maltin għax inqatlet għax qalet il-verità; Daphne ħabbet lil Malta għax ipprovat tiftaħ għajnejn in-nies li hawn affarijiet li m’humiex qiegħdin sew iżda qatluha biex jgħalqulha ħalqha.


Graziella Atard Previ kompliet li lil Daphne qatlulha għax kien mingħalihom li ħadd ma kien se jitkellem iktar. Hi sellmet lill-ġurnalisti li jaħdmu għal stampa ħielsa u lill-għaqdiet tas-soċjetà ċivili li baqgħu jaħdmu favur il-ġustizzja u s-saltna tad-dritt.