Rapporti mhumiex ikkonfermati provduti mit-terroristi tal-Ħamas qed jgħidu li l-ajruplani tal-gwerra Iżraeljani wettqu l-attakki fuq l-isptar ta’ Baptist, fiċ-ċentru ta’ Gaza, u fejn hu allegat li mijiet ta’ nies spiċċaw maqtula u feruti.
Sadanittant, Iżrael ċaħad li qed jimmira għaċ-ċivili f’Gaza iżda għamilha ċara li xejn mhu se jżommu lura milli jattakka lil tal-Ħamas kulfejn jara preżenza tat-terroristi.
Rapporti oħra qalu li skola mmexxija min-Nazzjonijiet Uniti fiċ-ċentru ta’ Gaza ntlaqtet ukoll mill-ajruplani tal-gwerra Iżraeljani u fejn inqatlu talanqas għaxar persuni. Mifhum li kien hemm mal-4,000 Palestinjan jistkennu fl-iskola waqt il-ħin tal-attakk.
Philippe Lazzarni, il-Kummissarju-Ġenerali tal-UNRWA, qal, issa, li l-ebda post f’Gaza mhu sikur u li anki l-faċilitajiet tan-NU, issa, sar mira għall-attakki.
//= $special ?>