Internazzjonali

Il-Ġordan: Ir-Re Abdullah jesprimi l-inkwiet ta’ pajjiżu dwar il-futur tal-Lvant Nofsani

Image #: 34206418 Jordan's King Abdullah II speaks during a meeting with Federal Minister of Defence Ursula von der Leyen (not pictured) in Amman, Jordan, 12 January 2015. Photo: MAURIZIO GAMBARINI/dpa DPA /LANDOV

Ir-Re Abdullah it-Tieni tal-Ġordan wissa li r-reġjun sħiħ tal-Lvant Nofsani hu qrib ħafna li jispiċċa f’qigħ ta’ abbiss fost l-istennija għall-offensiva kbira ta’ Iżrael fuq il-Ħamas.

Dan waqt li l-poplu fil-Ġordan – li għandu popolazzjoni kbira ta’ Palestinjani u li jaqsam il-fruntieri ma’ Iżrael u x-Xatt tal-Punent – qed isegwi l-konflitt fir-reġjun b’ansjetà kbira.

Ir-Re tal-Ġordan fl-aħħar sigħat iddiskuta s-sitwazzjoni fil-Lvant Nofsani mal-Kanċillier tal-Ġermanja Olaf Scholz u fejn enfasizza l-probabbiltà kbira ta’ eskalazzjoni tal-gwerra.

Hu wissa wkoll li sitwazzjoni fejn ir-refuġjati Palestinjani jisfaw imkeċċija lejn il-Ġordan u l-Eġittu għandha titqies bħala ‘linja ħamra’ kif ukoll azzjoni li taqdi l-interessi ta’ ‘ċerti elementi (mhumiex imsemmija) li jridu joħolqu aktar kaos fir-reġjun.’