Alex Borg, PN
Id-deputat Nazzjonalista Alex Borg qal fl-Aġġornament tal-parlament li l-gvern mhux jieħu s-sigurtà f’Għawdex bis-serjetà fl-investiment fil-pulizija fejn minkejja ż-żieda fil-popolazzjoni l-korp tal-pulizija f’Għawdex baqa’ l-istess kif kien qabel.
Anki l-Iskwadra tas-CID twaqqfet topera f’Għawdex, sostna Alex Borg, li qal li l-gvern mhux qed jagħti s-serħan il-moħħ lill-Għawdxin.
Id-deputat Nazzjonalista qal li l-Gvern mhux qed jieħu azzjoni quddiem sitwazzjoni fejn f’lejl wieħed kien hemm ħames serqiet f’Għawdex. Minkejja n-nuqqas ta’ riżorsi, l-pulizija arrestaw żewġ persuna li allegatament huma l-persuna wara dawn is-serqiet.
Dwar is-saħħa f’Għawdex, Alex Borg semma’ kif l-uniku sptar f’Għawdex ingħata lill-privat iżda b’mod frawdalenti ma kien hemm l-ebda investiment fl-isptar. Dan filwaqt li kien hemm servizzi li tneħħew minn dan l-isptar.
Hu semma’ kif servizzi bażiċi m’humiex jingħataw u qal li l-poliklinka fir-Rabat ilha mwiegħda iżda jidher li se ssir.
Id-deputat Nazzjonalista tkellem dwar l-iżvilupp u qal li l-PN mhux kontra l-iżvilupp iżda hemm ċertu żvilupp li ma jagħmilx sens u li jagħmel ħsara lill-istess żviluppaturi. Jeħtieġ li l-iżvilupp ikun wieħed sostenibbli billi jun hemm policy li tieħu ħsieb il-bilanċ bejn l-iżvilupp u l-ambjent.