Il-Ministru Clifton Grima fl-aħħar sigħat irtira l-parteċipazzjoni tiegħu minn dibattitu li se jsir għada fuq Net TV waqt il-programm NETLIVE – dibattitu li se jiffoka fuq is-settur edukattiv, l-għalliema, is-sitwazzjoni fl-iskejjel, it-trasport tal-istudenti u diversi temi relatati.
Għal dan id-dibattitu f’NETLIVE ġie mistieden ukoll il-Kelliem tal-PN għall-Edukazzjoni Justin Schembri.
Net News jista’ jikkonferma li kien il-Ministru nnifsu li ssuġġerixxa d-data tat-18 ta’ Ottubru għal dan id-dibattitu. Iżda issa, Clifton Grima innifsu qed jaħrab milli jipparteċipa fil-programm, bl-iskuża tkun li diġa’ kien hemm programm simili fuq il-PBS li trattat l-edukazzjoni li fih kien hemm preżenti Justin Schembri.
Din hi t-tieni darba li l-Ministru tal-Edukazzjoni qed jaħrab minn dibattitu fuq Net TV.
Id-deputat Justin Schembri kien ukoll mistieden fuq is-Super One, u ta dati li fihom jista’ jsir id-dibattitu anke fuq dan l-istazzjon.
//= $special ?>