Ir-Renju Unit ikkonferma l-omiċidju ta’ tfajla Britannika adolexxenti waqt l-attakki tas-7 ta’ Ottubru mit-terroristi tal-Ħamas f’Iżrael.
Il-konferma dwar il-qtil ta’ ‘Yahel’ , li kellha 13-il sena, ingħatat jiem wara li hi sparixxiet u wara li ommha wkoll kienet ikkonfermata maqtula mill-Ħamas.
Oħt il-vittma, li għandha 16-il sena, u missierha – Britanniku ta’ nisel Iżraeljan – għadhom irrappurtati neqsin u wara li huma dehru l-aħħar fil-kumpannija tal-vittmi.
Il-qtil seħħ fil-komunità ta’ Be’eri u meta bħalissa, diversi pajjiżi qed jirrappurataw l-għajbien u l-qtil taċ-ċittadini tagħhom li nqabdu fl-eqqel tal-attakki mill-Ħamas fuq Iżrael.
//= $special ?>