Basketball Sport

John Tabone Shield Irġiel: Valletta Fighters jieħdu l-ewwel rebħa fl-istorja tagħhom

Colin Schembri

Valletta Fighters……91

Luxol……………………..83

(26-24)(30-21)(13-15)(22-23)

It-team ta’ Valletta Fighters ħadu l-ewwel rebħa storika tagħhom fit-tieni dehra tagħhom fil-John Tabone Shield meta għelbu lil Luxol 91-83. Għall-vjola tal-Luxol din kienet l-ewwel dehra tagħhom tal-istaġun fejn ippreżentaw lill-akkwisti l-ġodda fosthom lil Nathan Xuereb, Sebastian Pace, Isaac Azzopardi, Adam Azzopardi flimkien ma’ Gael Hulson mill-Belġju u l-Amerikan Tariq Woody. Huma però kellhom lill-coach Duncan Fenech indispost b’posthu jieħdu Ruben Dalli. Il-partita sa’ mill-ewwel ħinijiet uriet li se tkun waħda missielta fejn fl-ewwel sessjoni saru xejn anqas minn 11 -il three pointer. L-Amerikan ta’ Valletta Desean Mattox kellhu wirja mill-aqwa fejn spiċċa l-partita b’41 punt. It-three pointers bdew ġejjin wieħed wara l-ieħor fl-ewwel minuti biż-żewġ timijiet jirrispondu lil xulxin biex Valletta marru 16-11 minn fuq. Ir-risposta ta’ Luxol ġiet bi tlett three pointers minn Woody u Stefan Cappello biex marru fuq quddiem 22-21. Valletta kellhom trippla oħra minn Mattoxx biex temmew l-ewwel sessjoni 26-24 minn fuq. Fit-tieni perjodu Valletta bdew bi break ta’ 9-2 bil-punti ta’ Mattox, Ferdinand Lisondra u Keith Charleston. Luxol wieġbu bit-trippli minn Jean Paul Schembri u Pace biex reġgħu waslu punt taħt l-avversarji 40-41. Hawn Valletta ħasdu lill-avversarji b’run ta’ 15-3 fejn Charleston u Mattoxx kellhom trippla kull wieħed u daħlu jistrieħu 56-45 minn fuq.

It-tielet taqsima kompliet bl-istess andament u għalkemm Luxol kellhom il-punti ta’ Cappello, Woody u Marco Matijevic, Valletta wieġbu b’ħames punti ta’ Rytis Rutkauskas. Valletta komplew b’5 punti oħra mingħajr risposta però kienu Luxol li kellhom l-aħjar tmiem għat-taqsima bi break ta’ 7-3 biex id-distakk niżel għal disa’ punti 69-60. L-aħħar sessjoni fetħet fost l-oħrajn b’żewġ trippli oħra ta’ Mattoxx għalkemm huma tilfu lil Charleston bil-ħames foul. Dan però ma żammhomx milli jkomplu jikkontrollaw il-vantaġġ u jieħdu r-rebħa bi skor finali ta’ 91-83.

Valletta Fighters: K. Charleston 22, R. Rutkauskas 11, C. Briffa 4, R. Curmi 4, D. Mattox 41, F. Lisondra 6, U. Satayanorayon 2, D. Militello.

Bupa Luxol: J.Cefai, S. Pace 5, I. Azzopardi, N. Jovanovic, A. Azzopardi, JP Schembri 9, N. Xuereb 8, G. Hulsen 11, T. Woody 32, M. Matijevic 6, S. Cappello 11.

Referees: Nicky Azzopardi, Fiorentina Ciurariu, Fanni Fabok

Mellieħa Libertas Spalding…….92

SIGMA Depiro…………………………85

(19-27(32-14)(15-22)(26-22)

Partita b’żewġt uċuh fl-ewwel żewġ sessjonijiet fejn ir-riżultat dar b’mod qawwi li baqgħet sejra b’mod kumbattut fiż-żewġ sessjonijiet ta’ wara. Depiro rkupraw lil Andrew Aquilina wara injury serja li ħalliethu nieqes mil-logħob minn nofs l-istaġun li għadda. Huma kellhom nieqes lil Bogdan Mrkojevic fil-waqt li Mellieħa se jkollhom jgħaddu mingħajr Klemen Skrabec għal żmien twil. Wara bidu bilanċjat fejn Depiro marru 5-4 minn fuq, it-team tal-Imtarfa għamlu run ta’ 17-0. Għalijhom kien hemm trippli minn Aquilina u Miguel Brincat flimkien mal-punti minn Josh Tomasi u Kameron Rooks. Fis-seba’ minuta waslet risposta minn Mellieħa bit-trippla ta’ Vukassin Jandric flimkien ma’ Kwame Thompson u Corrado Mercurio b’dan tal-aħħar jagħlaq is-sessjoni bi trippla għal skor ta’ 19-27. Fit-tieni sessjoni, Mellieħa komplew inaqqsu d-distakk bil-punti ta’ Thompson fosthom trippla però Depiro wkoll irrispondew permezz ta’ Bozovic u Cornelius. Sensiela ta punti minn Tomasi wasslu lil Depiro jiftħu vantaġġ ta’ 10 punti f’nofs is-sessjoni 41-31. Hawn Depiro sparixxew mill-partita u kienu biss Mellieħa li għamlu l-punti f’run ta’ 20-0 fosthom b’sensiela ta’ trippli minn Isaac Bonett, Jandric u baskets minn David Bugeja u Tederick Wolfe biex sall-intervall qalbu l-iskor favur tagħhom b’vantaġġ ta’ 10 punti 51-41.

It-tielet taqsima fetħet biż-żewġ timijiet jirrispondu lil xulxin fejn Mellieħa kellhom żewġ trippli oħra minn Thompson u Jandric biex kabbru l-vantaġġ 59-46. Wara time-out, Depiro għamlu run ta’ 9-0 bi trippla oħra ta’ Aquilina b’ Mellieħa jwieġbu bil-punti ta’ Robert Bonnici u Jandric. Depiro komplew jitħabtu u waslu sa’ punt ‘l bogħod 63-64 qabel ma basket ta’ Mercurio għalaq il-perjodu fuq skor ta’ 66-63. Fl-aħħar taqsima, kien hemm parita għal darbtejn qabel ma’ Mellieħa għamlu run oħra ta’ 13-4 bi trippla ta’ Mercurio. Depiro ma ċedewx u għamlu sforz ieħor bi break ta’ 9-3 biex fl-aħħar minuta naqqsu d-distakk għal 3 punti. Huma rrikorrew għal foul biex iwaqqfu l-arloġġ però Mellieħa għamlu l-freethrows biex ħarġu rebbieħa 92-85.

Mellieħa Libertas: T. Wolfe 29, D. Bugeja 4, R. Bonnici 2, V. Jandric 17, I. Bonett 8, R. Carabott, M. Formosa, K. Thompson 19, E. Valdespina 3, C. Mercurio 10.

Depiro: N. Bozovic 6, J. Tomasi 20, A. Aquilina 12, N. Grech, K. Caruana, A. Attard, K. Rooks 25, M. Brincat 8, M. Mallia, C. Cornelius 14, N. Bukva, M. Debattista.

Referees: Bernard Vassallo, Artun Bayraktar, Julie Londono

Athleta……..……..62

Hibernians………93

(17-14)(19-20)(17-25)(9-34)

Dawn iż-żewġ timijiet kienu tilfu fl-ewwel ħarġa tagħhom u fil-konfront ta’ bejniethom kienu Hibernians li ħarġu rebbieħa 93-62.  Minkejja distakk finali ta’ 31 punt, kien biss fl-aħħar taqsima li Athleta ċedew l-armi u l-Pawlisti ħarbu fuq quddiem. Fil-fatt, kienu l-istess Athleta li ħadu l-ewwel vantaġġ ta’ 8-2 bil-punti ta’ Matthew Gouder u Malik Riddle. Hibs dawwru l-iskor bi break ta’ 11-2 fejn Mason Hix u Ivan Demcesen daħlu aktar fil-partita. Athleta kellhom ħames punti oħra biex temmew l-ewwel perjodu minn fuq 17-14. Fit-tieni sessjoni, Athleta kabbru l-vantaġġ għal 8 punti wara trippla ta’ DeJuan Moorer. Għal darb’oħra, r-risposta ta’ Hibs kienet bi break ta’ 11-2 fosthom trippla ta’ Nikola Vasovic biex marru basket minn fuq 32-30. Punti ta’ Luca Stefanovic u Riddle taw il-vantaġġ lill-Athleta qabel il-halftime 36-34.

It-tielet sessjoni fetħet biż-żewġ timijiet jirrispondu lil xulxin qabel ma Hibs għamlu run ta’ 12-2 biex marru seba’ punti minn fuq 50-43. Athleta kellhom risposta bit-trippli ta’ Stefanovic u baskets ta’ Moorer u Gouder. Lejn tmiem is-sessjoni, Hibs għamlu 5 punti oħra bi trippla ta’ Hix għal skor ta’ 59-53. Fl-aħħar taqsima, Hibs kienu dominanti sa’ mill-ewwel battuti fejn għamlu run ta’ 13-2 maqsuma bejn Demcesen u Calvin Whipple bi trippla. Wara basket minn Naz Buhagiar għal Athleta, Hibs għamlu 8 punti oħra mingħajr risposta biex fetħu vantaġġ ta’ 24 punt 80-56. Il-partita issa kienet deċiża u Hibs baqgħu jikkontrollaw sat-tmiem biex rebħu l-partita 93-62.

Athleta: M. Riddle 19, F. Mifsud Bonnici, N. Buhagiar 3, L. Stefanovic 12, D. Moorer 10, M. Gouder 16, R. Abela, I. Medved 2, T. Chatzimoysis.

Hibernians: N. Cassar 1, P. Attard, C. Whipple 21, B. Zammit 2, L. Attard, L. Farrugia, N. Vasovic 10, A. Axiaq 1, R. Aquilina, M. Attard 2, I. Demcesen 34, M. Hix 22.

Referees: Bernard Vassallo, Fiorentina Ciurariu, Artur Bayraktar.