Jirriżulta li mill-2018 sa Settembru 2023 kien hemm 3,792 każ ta’ kriminalità f’Għawdex, li fuqhom kienu kienu akkużati 4,124 persuna u li minnhom kien hemm 861 barrani.
Dan jirriżulta minn tweġiba parlamentari li ta l-Ministru tal-Ġustizzja Jonathan Attard għal mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Alex Borg.
Alex Borg staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja jgħid kemm tressqu persuni l-qorti fl-aħħar ħames snin fuq każijiet kriminali ġewwa Għawdex u kemm minn dawn kienu taċittadinanza barranija.