Mill-aħħar survey tal-MaltaToday ħareġ ċar illi l-‘feel good factor’ qed jevapora malajr, hekk kif l-inflazzjoni qed tagħmel effett fuq il-finanzi personali.
L-istħarriġ isib li 69% tal-votanti Maltin jaħsbu li l-pajjiż ‘sejjer fid-direzzjoni l-ħażina’, filwaqt li wieħed minn kull ħamsa biss ta’ dawk li wieġbu qed jaraw titjib fil-finanzi personali tagħhom.
Is-survey iwaqqa’ l-kliem li qal fl-aħħar jiem id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne meta ftaħar bil-kwalita tal-ħajja.
Is-survey juri biċ-ċar li d-dħul ikkomparat mal-inflazzjoni qed jikkontribwixxi għal nuqqas ta’ sodisfazzjoni personali; bl-inflazzjoni toħroġ bħala t-tħassib ewlieni ta’ dawk li ma jridux jivvutaw.
Din hija segwita minn tħassib dwar il-preżenza kbira ta’ ‘barranin’ li jgħixu f’Malta.
Is-survey tal-MaltaToday turi wkoll li l-prestazzjoni tal-Gvern qed tingħata punteġġ ġenerali ta’ 2.5 minn massimu ta’ 5 – marka li tindika approvazzjoni bil-ħniena.
//= $special ?>