F’partita mill-istess grupp ta’ Malta, l-Ingilterra kwalifikaw għall-Euro 2024 wara li bl-aktar mod faċli għelbu lill-Italja 3-1. Kien it-tim ta’ Luciano Spalletti li mar fil-vantaġġ wara kwarta logħob permezz ta’ Gianluca Scamacca. Reazzjoni mill-Ingilterra, meta fit-32 minuta ġabu l-iskor indaqs permezz ta’ penalty ta’ Harry Kane. Fit-tieni taqsima, it-tim ta’ Gareth Southgate dawwar ir-riżultat favurih, l-ewwel permezz ta’ Marcus Rashford mbagħad għal darb’oħra kien Harry Kane li għamilhom 3-1.
Fi Grupp G, rebħa mportanti għas-Serbja fuq il-ġirien l-Montenegro bl-iskor ta’ 3-1. Aleksandar Mitrovic poġġa lis-Serbja fil-vantaġġ bil-Montenegro jirrispondu permezz ta’ Stevan Jovetic. Żewġ gowls fl-aħħar 20 minuta ta’ Mitrovic u Dusan Tadic taw rebħa importanti għas-Serbja.
Riżultat diżappuntanti għall-Ungerija fejn minkejja li baqgħu fl-ewwel post fil-grupp kienu miżmuma fi draw ta’ 2-2 mil-Litwanja.
Rebħa wkoll importanti għall-Islovenja barra minn darhom bl-iskor ta’ 1-0 fuq l-Irlanda ta’ Fuq biex b’hekk baqgħu jaqsmu l-ewwel post mad-Danimarka li wkoll kisbu rebħa importanti ta’ 2-1 fuq San Marino. F’partita oħra minn dan il-grupp, l-Kazakhstan għelbu lill-Finlandja 2-1.
//= $special ?>