Il-qawwiet speċjali tal-Ukrajna qerdu talanqas 10 ħelikopters tar-Russja waqt attakki fuq żewġt ibliet fl-artijiet Ukreni tal-Lvant li huma okkupati mill-qawwiet leali għall-Kremlin.
Minbarra l-ħelikopters intlaqtu anki sistema ta’ difiża għal kontra l-attakki mill-ajru flimkien ma’ tagħmir militari ieħor u depot tal-munizzjon — bl-aktar attakki intensivi jolqtu lill-ibliet ta’ Berdyansk u Luhansk u l-madwar.
L-Ukrajna qalet ukoll li għexieren ta’ truppi Russi mietu jew indarbu fl-azzjoni waqt li l-militar tar-Russja għadu ma kummentax dwar l-azzjoni.
//= $special ?>