Lokali

“Ma tistax tagħti għajnuna u tittiekel f’taxxa” – Kamra tal-Kummerċ

Id-diskussjoni ewlenija u l-ogħla prijorità fost l-imsieħba soċjali hija kif b’mod tanġibbli se tingħeleb il-problema tal-inflazzjoni. Il-Gvern irid jirrivedi is-ceiling tat-taxxa…ma tagħmilx sens li żżid l-għajnuna għall-għoli tal-ħajja…biex parti mill-istess għajnuna jeħodha f’taxxa.

Dan saħqitu l-Kamra tal-Kummerċ fejn insistiet li temmen li biż-żieda tal-inflazzjoni dejjem tippersisti f’pajjiżna huwa importanti ħafna li tinstab triq sabiex dawk li jaqilgħu nqas…ikollhom ukoll is-saħħa tal-flus.

Il-Kamra tal-Kummerċ qed tinsisti li la darba jiżdiedu l-ispejjeż….inkluż il-pagi, dan se jkun qiegħed jirriżulta f’żieda ta’ prezzijiet….u għaldaqstant dawk li jaqilgħu l-inqas se jkunu qed isibuha aktar u aktar diffiċli li jlaħħqu.

Dan intqal b’rabta mad-dikjarazzjoni tal-Prim Minsitru meta qal li qed tiġi diskussa żieda fil-paga minima….fl-istess waqt li jiem ilu l-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana insista li għal din iż-żieda se jkun qed jagħmel tajjeb biss min iħaddem.

Il-Kamra tal-Kummerċ qed tinsisti li la darba l-pagi jiżdiedu mingħajr ma tiżdied il-produttività…l-kompetittività taf tispiċċa u tisfuma fix-xejn…bl-esportaturi maġġuri jdawwru ħarsithom lejn pajjiżi oħrajn.

Ġie spjegat li l-ewwel impjiegi li jitilqu huma ta’ livell baxx….dawk l-impjiegi li b’mod deskritt minnhom forsi bla ħsieb qed jiprovaw jgħinu billi tiżdied il-paga minima.

Il-Kamra tal-Kummerċ saħqet li l-privat preżentament diġà qiegħed jagħmel tajjeb fost affarijiet oħra għall-għajnuna tal-COLA li mistennija tkun €13…kif ukoll commisions u bonuses.

Filwaqt li l-Kamra tirrikonoxxi l-għajnuniet tal-Gvern b’rabta mal-enerġija, saħqet ukoll li r-rata ta’ inflazzjoni f’pajjiżna b’rabta ma’ servizzi hija partikolarment ogħla mill-medja Ewropea.

Huma komplew jgħidu li għaldaqstant il-ħaddiem qed jippretendi pagi ogħla, iżda ħaddiema li għandhom il-kwalifiċi jew l-esperjenza li hemm bżonn m’hawnx biżżejjed. Għalhekk min ħaddem qed jispiċċa jħallas iżjed paga…għal inqas valur.

Għaldaqstant il-Kamra tal-Kummerċ spjegat li mhux sorpriża li filwaqt li pajjiżi oħrajn qed jesprimu t-tama li l-inflazzjoni ħa tikkalma u Clyde Caruana qed jgħid li se tibqa’ ttawwal magħna.

Huma spjegaw li żżid il-paga minima mhux soluzzjoni u li r-riskju li żżid aktar l-inflazzjoni hija akbar.

Il-Kamra tal-Kummerċ minflok qed tappella sabiex jirrivedi is-ceiling tat-taxxa sabiex jiżgura li ż-żidiet fil-paga minima jkunu eżentati mit-taxxa.  Huma temmew jgħidu li ma tagħmilx sens li żżid il-pagi tan-nies grazzi għall-għajnuna…imbgħad bl-istess għajnuna tħaxxen but il-Gvern.