Lokali

Mara tittajjar minn vettura fi Triq Diċembru Tlettax fil-Marsa

Mara kellha tittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li ntlaqtgħet minn vettura fi Triq Diċembru Tlettax fil-Marsa.

Il-każ seħħ it-Tlieta waranofsinhar meta mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li seħħet ħabta bejn żewġ vetturi…b’karozza minnhom sfortunatament tispiċċa tolqot persuna li f’dak il-waqt kienet qiegħda taqsam it-triq.

Fil-post ġew imsejħa uffiċjali tal-Pulizija kif ukoll tim mediku tal-ambulanza li ħa lill-mara l-isptar għal aktar kura.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.