Il-Kampjonati Nazzjonali tal-Mountain Bike, organizzati mill-Malta Mountain Bike Association, kienu l-aħħar avveniment cross-country tal-istaġun li sar fil-Miżieb.
Suċċess għal Luke Borg u Marie Claire Aquilina. Il-Kategorija Elite kienet waħda kompetittiva bir-rebbieħ tas-Serje tal-Punti Nazzjonali Clyve Chetcuti ikollu bidu b’saħħtu flimkien ma’ Brandon Sultana, Luke Borg, u ċ-Champion Nazzjonali tal-2022 Mark Zammit li kienu fuq quddiem fl-ewwel dawra iżda l-postijiet inbidlu mit-tieni dawra. Stefan Scerri, Borg, u Clyve Chetcuti jieħdu posthom fuq quddiem sal-mument meta Scerri kellu puncure fil-ħames dawra. Borg u Chetcuti baqgħu jissieltu għat-titlu fejn f’nofs il-korsa spiċċa fuq quddiem u temm qabel Clyve Chetcuti u Jason Vella.
Fil-Kategorija Sport, fl-ewwel tlett postijiet Keith Bartolo, Martin Bonnici, u Josmar Vella.
Il-Kategorija 40+ intrebħet minn Alex Portelli qabel Joaquin Rojas u Gordon Zahra.
Carmelo Abela rebaħ il-Kategorija 50.
Il-kategoriji tas-Subien U19 u U17 intrebħu minn Matthew Galea u Ryan Gatt.
Il-kategorija U15 Liam Daly rebaħ fuq Neil Cassar u Daniel Luke Spiteri.
Nina Debono Curmi rebħet il-kategorija tal-Bniet U15 fuq Zia Fujii u Katie Anne Vella Wood.
Il-kategorija tas-Subien U12 intrebħet minn Ethan Cumbo u l-Kategorija tal-Bniet U12 intrebħet minn, Kim Micallef Cann.
Il-Malta Mountain Bike Association se torganizza l-aħħar avveniment tagħha għall-istaġun fil-21 ta’ Ottubru f’Selmun, meta ssir l-aħħar tiġrija tad-Downhill Series.
//= $special ?>