Il-midfielder Taljan ta’ Juventus Nicolo Fagioli ġie sospiż tnax-il xhar, ħamsa minnhom sospiżi u mmultat 12,500 euro wara li l-FIGC sabitu ħati ta’ ksur tar-regoli tal-betting.
Fagioli se jkun ukoll qed taħriġ sabiex jegħleb dan il-vizzju. Fagioli uża numru ta’ siti tal-betting illegali.
Flimkien ma’ Fagioli kienu wkoll investigati Sandro Tonali u Nicolo Zaniolo bil-FIGC ma tispeċifikax eżatt ir-raġuni għalfejn kienu investigati. Bħala parti mill-ftehim ta’ Fagioli mal-FIGC se jkun li jrid jagħmel 10 sessjonijiet fejn jitkellem dwar l-esperjenza tiegħu ma’ timijiet sportivi f’livelli amatorjali.
Nicolo Fagioli ddebutta ma’ Juventus fl-2021 u fl-istaġun 2021-2022 kien misluf għand Cremonese. Matul din l-istaġun, Fagioli lagħab sitt darbiet ma’ Juventus.
//= $special ?>