F’avveniment organizzat mill-ambaxxata Palestinjana quddiem il-bini tal-Parlament, l-ambaxxattur għal Malta appella lill- organizzazjonjiet internazzjonali sabiex tieqaf l-oppresjoni f’Gaza.

L-Ambaxxattur Palestinjan qal li l-Palestinjani dejjem se jkomplu jiġġieldu għal-liberta’ u l-indipendenza.

Minn naħa tiegħu Andre Callus f’isem il-Moviment Graffitti qal li bħalissa f’’Gaza għadej ġenoċidju … u l-Palestinjani qed jgħixu f’’assedju illegali mingħajr aċċess għal fuel, ikel u ilma. U li kieku l-Palestinjani matul is-snin ma ġġildux kieku illum lanqas biss għadhom jeżistu.

Andre Callus insista li l-paċi hija possibli biss permezz ta’ Palestina ħielsa.

L-Imam tal-komunita Musulmana minn naha tieghu stqarr li l-mod kif jinżammu l-Palestinjani f’Gaza huwa bħal ħabs – waqt li fakkar li l-Palestinjani għandhom dritt biex jiġieldu għal-ġustizzja.
