Futbol Sport

Telfa minima għat-tim Malti ta’ taħt il-21 sena

SKOZJA………………………..2

MALTA…………………………..1

Skozja: C. Slicker, B. McPherson (R. Wilson 60′), J. Mullen, L. Morrison, L. Neilson (M. Mellon 60′), C. Barron, L. King, M. Anderson, J. Mulligan, A. Lowry (I. Bowat 85′), K. Bowie

Malta: H. Sacco, M. Ellul, J. Vassallo, O. Spiteri, A. Garzia, G. Sciberras (J. Engerer 90′), K. Bondin, K. Mohnani (N. Micallef 46′), A. Zammit, M. Veseji, A. Borg

Referee: Marcel Birsan

It-tim Malti ta’ taħt il-21 sena mmexxi mill-kowċ Ivan Woods kien megħlub barra minn daru fl-Iskozja bl-iskor minimu ta’ 2-1, bil-Maltin ikunu sfortunati hekk kif laqgħtu l-lasta darbtejn.

It-tim Malti kellu prestazzjoni pożittiva ferm fejn saħansitra beda fuq l-offensiva u ħoloq żewġ ċansijiet perikoluża permezz ta’ Andrea Zammit u Mattia Veselji. L-Iskozja iżda rnexxilehom jiftħu l-iskor fil-31 minuta meta Matthew Ellul waqqa’ lil Anderson fil-kaxxa bir-referee jordna penalty b’Alex Lowry ma jiżbaljax.

Fit-tieni taqsima l-Maltin baqgħu pożittivi u rnexxielhom iġibu l-iskor indaqs fit-52 minuta permezz ta’ penalty ta’ Andrea Zammit. Il-players Malti setgħu marru fil-vantaġġ iżda t-tentattiv ta’ Nikolai Micallef stampa mal-mimduda.

L-Iskozja reġgħu marru fil-vantaġġ fit-82 minuta meta kien Bowie li kkonkluda wara Sacco. Erba’ minuti wara l-Maltin setgħu ġabu l-iskor indaqs iżda d-daqqa ta’ ras ta’ Veselji għaddiet tħakkek mal-mimduda.