Lokali

Tkompli taqa’ l-maskra ta’ Robert Abela b’rabta mal-Inkjesta Pubblika dwar il-mewt ta’ Jean Paul Sofia – PN

“Permezz ta’ xhieda fil-Qorti illum sirna nafu waħda mir-raġunijiet għaliex Robert Abela ma riedx li ssir l-Inkjesta Pubblika b’rabta mal-mewt ta’ Jean Paul Sofia.”

F’messaġġ fuq Facebook, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech elenka l-fatt li issa sirna nafu li l-awtorità li suppost tirregola l-bini kellha d-dmir tirregola s-sit fejn miet Jean Paul Sofia u dan ma għamlitux għax ma kinitx taf li kien dmir tagħha.

Ix-xhieda tal-lum fil-Qorti tgiddeb għal kollox lill-Awtorità tal-Bini u Kostruzzjoni.

Dak li ħareġ illum mill-Qorti jkompli jikkonferma għaliex Robert Abela għażel li jkaxkar saqajh. U għamel dan kollu fid-dawl tad-dulur fuq il-qraba u l-ħbieb ta’ Jean Paul Sofia u li kellu jwettaq u-turn wara l-pressjoni tal-poplu Malti u l-Partit Nazzjonalista.