Budget 2024 Lokali

Il-UĦM bi proposti għall-Budget: Appell biex il-COLA ma tiġix intaxxata u biex il-Gvern jieqaf jinqeda bil-kuntratturi

Meta l-Gvern jintaxxa il-COLA ikun qed jiħu biċċa li mhux suppost; il-COLA hija refund minima li l-Gvern jagħti lura lil Maltin ħabba l-għoli tal-ħajja – flus li l-poplu jonfoq fuq servizzi u prodotti li qed inħalsu t-taxxa fuqhom, u għalhekk ma tistax terġa tiġi intaxxat fuqhom.

Dan sostnieh il-President tal-UĦM – Voice of the Workers it-Tlieta filgħodu meta l-union nidiet il-proposti għal Budget 2024, fejn insista li l-COLA sħiħa tkun qed tgħin direttament lill-ħaddiema kif ukoll lil min iħaddem. Apparti dan meta jinbidlu l-parametri tat-taxxa, il- ħaddiem ikun qed iħallas inqas f’taxxa u għalhekk jifdalu aktar flus li jkun jista jonfoq fl-ekonomija.

Il-UĦM resqet ukoll numru ta’ proposti sabiex jitnaqqas it-traffiku f’pajjiżna… fotshom il-proposta li jinbnew hubs f’numru ta’ lokalitajiet, dan billi jsir studju tar-residenti tal-lokalità fosthom, x’ ħin imorru għax xogħol u fejn hu l-post tax-xogħol. Proposta li hi ta’ benefiċċju kbir għal familji fejn iż-żewġ ġenituri jaħdmu fuq bażi full-time fejn ikunu jistgħu jipparkjaw f’underground parking, filwaqt li jħallu lit-tfal fiċ-childcare centre li jinbena fuq, flimkien ma numru ta’ ħwienet li jbiegħu il-prodotti esenzjali. Propsta, li tkun qed tnaqqas ħafna l-ivvjaġġar żejjed, li jista jsir permezz ta shuttle bus li tieħu lil ġenituri x-xogħol.

Josef Vella aċċena wkoll għall-fatt li l-Gvern minflokk iħadem in-nies mal-entitajiet tal-Gvern u mas-settur pubbliku qed jinqeda bil-kuntartturi biex ikompli iżied ir-riżorsa umana, att li joħloq ħafna inġustizzji għall-ħaddiema li jaħdmu bil-kuntratt.

Proposta oħra li ġiet imnediha għal Budget 2024, mill-UĦM hija li kull ħaddiem għandu jitħallas doppju kull nhar ta’ Ħadd, irrispettivament fejn u ma min jaħdem, waqt li kull ħaddiem għandu jkun ugwali fir-rigward ta’ sick-leave, u għalhekk kull ħaddiem għandu jitħallas 15-il ġurnata sick-leave bir-rata normali tal-paga u 15-il ġurnata oħra fuq bażi ta’ half-pay. Intant Josef Vella tkellem fuq il-paga minima, fejn qal li kull ħaddiem li jaqa fil-low income bracket għandu jissieħeb f’union, biex b’hekk issir ftehim kolletitv li jitkellem fq il-paga minima. Madanakollu l-President tal-UĦM saħħaq li s-soluzzjoni mijiex li titnaqqas il-gap bejn minn jaqla paga minima u min jaqla ftit iktar minn paga minima. Waqt li żied jgħid li l-Carers Leave ikun ta’ ħamest ijiem paid leave waqt li l-ħaddiema ikollhom iktar flexi time u remote working.

Josef Vella sostna li l-Gvern irid jiddetermina x’pajjiż għandu jkollna fil-futur,, u x’inhu l-carrying capacity tal-pajjiż. Malta tiġa hija ġeografikament żgħira u għalhekk jeħtieġ li nbidlu l-viżjoni. Il-UĦM, proponiet ukoll miżura sabiex l-ħaddiema barranin, speċjalment dak li jaħdmu fis-settur tas-saħħa, jattendu korsijiet bażiċi tal-lingwa u l-kultura sabiex dawn il-ħaddiema jadataw.

Il-UĦM proponiet ukoll numru ta’ proposti sabiex il-koppji Maltin ikunu mħeġġa li jkollhom aktar minn wild wieħed, waqt li appellat għal aċċesibilita u kundizzjonijiet tax-xogħol aħjar għal nies b’abiltajiet differenti. Waqt li Josef Vella temm jgħid li kull ħaddiem għandu jkollu d-dritt li jissieħeb f’liem union jrid, u appella biex ma jkunx hemm free riders– ħaddiema li jigwadanjaw mill-ftehim kollettiv tal-unions pero qatt ma jħallsu l-fee tal-union – għax dan iwassal għal employers li ma jaċċetawx il-qbil kollettiv għax il-ħaddiema tagħhom mhux qedin fil-Union.