Żagħżugħ li għandu l-vizzju tad-droga ta’ 22 sena minn Ħal Tarxien inżamm arrestat wara li ġie akkużat li ta fastidju u hedded lil ommu biex taċċessa xi flus għalih li huma tiegħu u li kien ta lilha biex ma jonfoqhomx għad-droga.
L-imputat, li ismu huwa suġġett għal projbizzjoni tal-midja imposta mill-qorti, tressaq il-Qorti quddiem il-Maġistrat Giannella Camilleri Busuttil it-Tlieta. Huwa wieġeb mhux ħati ta’ akkużi li kkaġuna lil ommu tibża’ mill-vjolenza, fastidju u heddidha u uża ħażin it-tagħmir tat-telekomunikazzjoni. Huwa ċaħad ukoll li kiser il-kundizzjonijiet ta’ sentenza sospiża u li sar reċediv.
L-Ispettur Colin Sheldon, li kien qed imexxi l-prosekuzzjoni, qal lill-Qorti li fis-16 ta’ Settembru, omm l-akkużat kienet marret fit-taqsima tal-vjolenza domestika flimkien ma’ wliedha oħra, biex tirrapporta li l-imputat dejjem kien qed jgħajjarha għall-flus minħabba l-vizzju akut tad-droga. .
L-Ispettur Sheldon qal li l-flus kienu tal-imputat, li kien afdathom f’idejn ommu biex jieqaf milli jonfoqhom kollha fuq id-droga. Dakinhar, huwa kien talab lill-mara tgħaddih €200 filgħodu u aktar tard wara nofsinhar kien talab €70 oħra.
L-omm telqet mid-dar biex tevita li jkollha tiffaċċja lill-imputat meta reġa’ lura d-dar u kien mar jgħix x’imkien ieħor. “L-affarijiet kienu se jeskalaw. Hi kienet tibża minnu u kien fiżiku fil-passat,” qal l-ispettur. Meta ma sabhiex id-dar l-imputat kien bagħat lil ommu ħemel ta’ messaġġi u telefonati, li wħud minnhom waslu waqt li hi kienet qed tippreżenta r-rapport tal-pulizija tagħha.
Dakinhar stess inħarġet ‘conveyance order’ għall-imputat, li taħtha kellu jintbagħat l-Isptar Monte Carmeli, qal l-ispettur, u kompla jgħid li peress li kellu jinħeles illum, ittieħdet id-deċiżjoni li jiġi arrestat qabel. dan jista’ jiġri, fuq is-saħħa ta’ mandat.
L-avukat difensur Albert Zerafa ressaq deċiżjoni ta’ mhux ħati f’isem l-imputat u talab il-ħelsien mill-arrest. Il-prosekuzzjoni oġġezzjonat għat-talba. Filwaqt li saħaq li l-imputat qatt ma kien vjolenti, Zerafa talab lill-Qorti biex tisma’ dak li kellha xi tgħid l-omm, hekk kif kien infurmat li kien hemm possibbiltà li tista’ tħalli lill-imputat jerġa’ lura d-dar.
F’dak il-punt, l-Ispettur Sheldon informa lill-qorti lill-avukat tal-mara, Carina Nagiah kienet għadha kif qaltlu li l-omm ma riditx li binha jmur il-ħabs u li kellha post alternattiv fejn tgħix. “Kien hemm aktar minn sempliċi problemi tad-droga,” żied Zerafa.
Sheldon argumenta li l-każ kien għadu fi stadju bikri u li kien hemm riskju realistiku li jseħħ inċident aktar serju. L-imputat dan l-aħħar kien qatta’ xi erba’ xhur f’Mount Carmel, fejn ma kellux aċċess għad-droga, qal l-ispettur, filwaqt li sostna li ma kien hemm “l-ebda garanzija li jekk jinħeles iċ-ċirkustanzi jibqgħu l-istess.”
Il-prosekuzzjoni talbet ukoll li tinħareġ ordni ta’ protezzjoni favur l-omm. Il-libertà proviżorja kienet miċħuda f’dan l-istadju, peress li l-Qorti ħasset li kien hemm riskju reali li r-raġel iwettaq aktar reati. Il-Maġistrat għamlet rakkomandazzjoni lid-direttur tal-ħabs, fejn talbu jassigura li l-imputat jirċievi t-trattament u l-assistenza kollha li hu meħtieġ. Inħarġet ukoll ordni ta’ protezzjoni favur l-omm.
Waqt li spjegat lill-akkużat li kien ipprojbit milli javviċina lil ommu sakemm jintemmu l-proċeduri fuq piena ta’ €7,000 jew sentenza ta’ sentejn ħabs, il-Qorti qalet li kien għall-aħjar. “Naħseb li huwa importanti li tirċievi l-għajnuna kollha li tista’ f’dan il-ħin. Inħeġġek tfittex l-għajnuna u tirrispetta dejjem lill-ġenituri tiegħek,” qalet il-Maġistrat.
L-Avukat Albert Zerafa kien avukat difensur, filwaqt li l-Avukat Carina Nagiah dehret għall-parte civile. L-Ispettur Colin Sheldon mexxa l-prosekuzzjoni.