Lokali

“Għadek, u tibqa’ maħbub”

Illum timmarka għeluq is-sena mill-mewt tad-deputat Nazzjonalista Robert Arrigo.

Fost dawk li sellmu l-memorja tiegħu, kien hemm il-Kap tal-PN Bernard Grech.

Fuq il-media soċjali, hu kiteb li dalgħodu stess iltaqa’ ma Slimiż li qallu “illum l-imgħallem tiegħi għalaq sena li ħalliena.”

“Għadek u tibqa’ maħbub għax għamilt ħafna ġid”, stqarr Bernard Grech.

“Anke meta ltqajna ftit jiem qabel ħallejtna, minkejja dak kollu li kont għaddej minnu, kont għadek moħħok kif se tgħin lil ħaddieħor”.