Il-Gvern ta’ Robert Abela qed jibqa’ jinjora lill-Korpi Kostitwiti u ma jismax mid-diversi appelli li qed isirulu mill-Unions biex ma jintaxxax il-COLA. Dan hekk kif sal-lum għadu qed jirreżisti milli jneħħi t-taxxa minn fuq din iż-żieda.
Net News staqsa lis-Segretarju Parlamentari Keith Azzopardi Tanti biex jispjegalna għaliex il-Gvern ma jridx jagħti l-COLA b’mod sħiħ.
Iżda jidher li Azzopardi Tanti ma fehemx il-mistoqsija li għamilnilu jew inkella pretenda li ma fehmniex – għax baqa’ jimplika li l-Gvern diġà qed jagħmel ħafna.
Meta erġajna saqsejnih, Azzopardi Tanti baqa’ ma kkommettix ruħu li l-Gvern se jneħħi din it-taxxa. U qalilna biss biex nistennew.
Skomdu immens bil-mistoqsijiet ta’ Net News, Keith Azzopardi Tanti baqa’ jaħrab milli jwieġeb… u għamel minn kollox biex jevita li nibqgħu nagħmlulu aktar mistoqsijiet.
//= $special ?>