Graziella Attard Previ, PN
Id-deputat Nazzjonalista Graziella Attard Previ sostniet fil-parlament li l-kwalità fis-servizzi fid-djar għall-anzjani hi prijorità.
Graziella Attard Previ qalet li l-anzjani għandhom jgħixu ħajja ta’ kwalità kemm materjali kif ukoll soċjali u psikoloġiċi. Hi sostniet li l-kura għandha tkun tal-ogħla livell u qalet li l-ħolqien tal-Awtorità hu pass tajjeb iżda għandu jkun assigurat li ma jkunx hemm indħil politiku.
Hi semmlet il-memorja ta’ John Rizzo Naudi li kien l-ewwel Segretarju Parlamentari għall-Kura tal-Anzjani. Dan wassal biex kien hemm titjib fis-settur.
Graziella Attard Previ sostniet li għandu jkun assigurat li l-anzjani jgħixu tajjeb u staqsiet kemm qed ikun hemm ħsieb biex ikun hemm postijiet biżżejjed fid-djar għall-anzjani, għaliex l-isptarjiet hemm nies li qed jokkuaw is-sodod minħabba li qed jistennew li jidħu f’dar għall-azjani, kemm il-dar għall-anzjani nbniet fl-aħħar 11-il sena u meta se jitlestew id-djar f’Għawdex u fl-Imsida.
Id-deputat Nazzjonalista tkellmet ukoll dwar l-importanza tal-livelli ta’ kwalità fid-djar għall-anzjani kemm tal-gvern kif ukoll tal-privat.