Ċifri maħruġa llum mill-NSO jikkonfermaw li l-inflazzjoni ta’ pajjiżna hija ogħla mir-rata medja tal-pajjiżi taz-Zona Ewro – statistika li titfa’ dawl fuq il-piż kbir li qed ikomplu jġorru l-familji Maltin u Għawdxin.
Fil-fatt, f’Settembru r-rata annwali tal-għoli tal-ħajja għal Malta kienet ta’ 4.9 fil-mija – 0.6 punti perċentwali aktar mir-rata ta’ 4.3 fil-mija rreġistrata fiz-Zona tal-Ewro
FʼSettembru tal-2023, l-akbar impatt fuq l-inflazzjoni annwali ġie mill-Indiċi tal-Ikel u x-xorb mhux alkoħoliku (+1.68 punti perċentwali), l-aktar minħabba prezzijiet ogħla ta’ prodotti moħmija.
It-tieni u t-tielet l-akbar impatti pożittivi fuq l-inflazzjoni ġew innotati fl-Indiċi tar-Ristoranti u lukandi (+1.28 punti perċentwali) u fl-Indiċi tal-Akkomodazzjoni, ilma, elettriku, gass u tipi taʼ karburanti oħrajn (+0.70 punti perċentwali), l-aktar minħabba prezzijiet ogħla fis-servizzi tar-ristoranti u fil-kirjiet.
//= $special ?>