Internazzjonali

Joe Biden jasal f’Tel Aviv – jitħassar is-summit li kellu jsir f’Amman

Il-President Amerikan wasal f’Tel Aviv għal taħdidiet li hemm pjanati mal-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu.

L-ajruplan Air Force One wasal Iżrael għall-ħabta tal-10am (ħin ta’ Malta). B’Joe Biden deher milqugħ minn Netanyahu fl-ajruport ta’ Tel Aviv.

Joe Biden kellu programmat anke laqgħat mal-mexxejja tad-dinja għarbija; iżda dan is-summit tħassar fl-aħħar mumenti wara l-isplużjoni qattiela li seħħet fi sptar f’Gaza.

Iżrael qed jgħid li l-isplużjoni fl-isptar Palestinjan hija riżultat ta’ rocket sparat mill-Jihad Iżlamiku. Iżda l-grupp Hamas għadu qed jitfa’ l-ħtija sħiħa fuq il-qawwiet Iżraeljani.

Illum tkellem ukoll il-Papa Franġisku, illi appella sabiex tiġi evitata katastrofi umanitarja f’Gaza.