Lokali

Mara tweġġa’ gravi wara li ntlaqtet minn karozza fin-Nadur

Mara ta’ 46 sena li toqgħod ix-Xewkija weġġgħet gravi wara li ntlaqtet minn karozza fin-Nadur.

L-inċident seħħ it-Tlieta filgħaxija għall-ħabta tat-8:00 fi Triq ir-Rabat.

Il-Pulizija marret fil-post u mill-ewwel investigazzjonijiet li saru rriżulta li l-mara ntlaqtet minn karozza tal-għamla Toyota Vitz li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 34 sena residenti n-Nadur stess.

Tim mediku mar fil-post sabiex jassisti u ambulanza ħadet lill-mara l-Isptar Ġenerali t’Għawdex sabiex tingħata l-kura meħtieġa.

Aktar tard ġiet iċċertifikata li qed issofri ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.