Lokali Qorti

“Mark Camilleri kien qed jagħmel xogħol il-Pulizija fil-konfront ta’ Rosianne Cutajar” – Dr. Joseph Mizzi

“Il-kummenti tal-ġurnalista u awtur Mark Camilleri fil-konfront ta’ Rosianne Cutajar f’post fuq Facebook fejn kien widdibha li se jsir “l-agħar ħmar il-lejl tagħha” kienu kummenti dwar il-ħajja politika tagħha. Kien qed jistħarreġ bħala ġurnalist investigattiv u prattikament kien qed jagħmel ix-xogħol li messhom għamlu l-Pulizija. Fil-fatt irriżulta li ftit wara l-eks Deputat Laburista spiċċat irreżenjat mill-Partit Laburista.”

Din kienet id-difiża magħmula mill-Avukat Joseph Mizzi li qed jidher għal Mark Camilleri meta kien qed jagħmel it-trattazzjoni tiegħu fil-kawża li kienet fetħet kontrih f’April tal-2022fejn qalet li l-ġurnalist kien kien heddidha b’ħajjitha, li taha fastidju u insulentaha b’tali mod illi qabeż il-limiti tal-provokazzjoni.

Dr. Mizzi qal li diġa ġew preżentat fil-Qorti il-posts ta’ Mark Camilleri kif ukoll ta’ Rosianne Cutajar fejn huwa kkwota sentenza simili fuq reazzjoni ta’ persuni Facebook fejn qal li kien il-klijent tiegħu li ġie provokat. Mark Camilleri qal li dak li ried itemm il-ħajja politika ta’ Cutajar u biex issir ġustizzja, xi ħaġa li kull ġurnalist għandu d-dmir li jagħmel.

Fl-ebda ħin ma Camilleri qal li se jkun vjolenti mal-eks deputat tal-Labour. Tenna li wieħed jista’ jara mill-kondotta tiegħu kemm mhux persuna vjolenti. Dak li qal qalu fuq il-pjattaforma ta’ Facebook u fl-ebda ħin ma kien hemm xi kuntatt fiżiku. Darba biss kienu ltaqgħu u ħadu b’idejn xulxin, qal l-Avukat Mizzi.

Kull ma għamel għamlu bi dritt fejn dejjem esiġa li għandu jkollna politikanti ta’ standard għoli u hekk dejjem ipprova jagħmel. Kompla jgħid li jista’ jkun li Cutajar ħassitha malafamata u fil-fatt meta qal li hi korrotta fetħet libell.

L-Avukat Mizzi qal li din il-kawża hi abbuż ta’ poter minn naħa tal-Pulizija li saru pupazzi ta’ xi politkanti u saħaq li hawn ma kienx qed jirreferi għall-Ispettur li qed imexxi l-każ. Tenna li din hi kawża biex toħloq pressjoni fuq il-ġurnalist biex ma jagħmilx xogħolu. Hawn il-Pulizija għandha tkun il-watchdog u mhux bil-kontra, kompla jgħid l-Avukat Difensur.

F’isem Rosianne Cutajar ittratta wkoll l-Avukat tagħha Edward Gatt li qal li din is-saga kollha u tad-dewmien kollu hi fuq kontravenzjoni li skon til-liġi mhux ta’ portata kbira. Kawża dejjem bis-suluzzu, li mhux tort tal-Qor

Daqqa li ma jkunx preżenti l-imputat li ma joqgħodx Malta u dewmien ieħor. L-Avukat Gatt qal lill-Qorti li Mark Camilleri assuma r-responsabbilità ta’ dak li kiteb fejn qal li hu jinsab mhedded għax hu ġurnalist u li għandu obbligu li jxandar u jiżvela kollox għax il-Pulizija ma ħadux azzjoni.

Dr. Gatt qal li t-theddida ta’ Mark Camilleri hi marbuta ma’ rikatt, fejn qalilha li jekk ma tirtirax il-libell hu se jkun “l-agħar ħmar il-lejl tagħha”. Qal ukoll li hi messha qiegħda l-ħabs.

L-Avukat Gatt qal li jkun ta’ għajb jekk nagħtu l-impressjoni li kumm min għandu pjattofrma jista’ jagħmel li jrid. Jemmen li t-theddida hi ppruvata. Tenna li l-klijenta tiegħu trid li jekk tinstab ilħtija ikun hemm il- garanziji jew ordnijiet ta’ trażżin.

Dan lil hinn  mill-piena għax din hija kważi waħda simbolika, u għalhekk xi forma ta’ ordni ta’ trażżin ikun ġustifikat biex dan l-atteġġament ma jibqax sejjer. Il-Maġistrat Simone Grech qalet lill-partijijiet li mhux sew li t-t-trattazzjoni tal-każ ma saritx bil-miktub għax kieku ġara hekk il-possibilità kienet tkun li kienet tingħata s-sentenza l-Erbgħa stess.

Issa peress li l-imputat ma jgħix Malta u li ddikjara u li se jħalli Malta nhar is-SIbt u ma jiġi xejn qabel is-sena d-dieħa, is-sentenza tħalliet għat-22 ta’ Jannar fid-9am. Il-Qorti għanda diversi seduti sa nhar is-Sibt, kemm f’Malta kif ukoll fil-gżira Għawdxija u hija wkoll tal-Għassa f’Għawdex stess. Il-prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Ispettur Marcus Cachia.