Ekonomija

RENJU UNIT: Jonqsu l-prezzijiet tal-ikel; il-Gvern Ingliż irid inaqqas l-inflazzjoni bin-nofs

Il-media Ingliża qed tirrapporta kif il-Gvern tar-Renju Unit imbarka fuq pjan sabiex inaqqas bin-nofs ir-rata tal-għoli tal-ħajja – mira li lest jilħaqha permezz ta’ diversi inċentivi u miżuri fiskali li jinċentivaw l-ekonomija.

L-aħħar ċifri mill-Uffiċċju Brittanniku tal-Istatistika juru li l-prezzijiet tal-ikel u x-xorb non-alkoħoliku komplew jonqsu fl-aħħar xhur. Dan qed jagħti xi ftit tan-nifs lill-familji Ingliżi li – bħall-kumplament tal-Ewropa – ilhom żmien twil jikkumbattu l-għoli tal-ħajja.

Analisti ekonomiċi qed jgħidu li matul l-2024, l-inflazzjoni se tkompli tonqos u l-prezzijiet se jistabilizzaw ruħhom. Fl-istess waqt, il-Gvern ta’ Rishi Sunak huwa kommess li jieħu l-passi kollha neċessarji biex jgħin lill-ħaddiema u l-familji.