Lokali

Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ gravi wara li ħabat f’siġra fl-Imqabba

L-Isptar Mater Dei - Mill-Arkivji

Raġel ta’ 55 sena residenti Ħal Luqa, weġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident fl-Imqabba.

L-inċident seħħ it-Tlieta filgħaxija għall-ħabta tal-11:00 fi Triq l-Imqabba.

Il-Pulizija marret fil-post u mil-ewwel investigazzjonijiet li saru rriżulta li  r-raġel kien qiegħed isuq mutur tal-għamla Honda, tilef il-kontroll u ħabat f’siġra.

Tim mediku mar fil-post sabiex jassisti filwaqt li ambulanza ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.

Aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.