Internazzjonali

‘X’ jibda jitlob dollaru fis-sena lill-utenti ġodda

Il-pjattaforma tal-midja soċjali X ta’ Elon Musk, li qabel kienet magħrufa bħala Twitter, qed tesperimenta prova fi New Zealand u l-Filippini fejn qed titlob lill-utenti dollaru kull sena għall-aċċess għal karatteristiċi essenzjali bħal tweeting, retweeting, likes ta’ posts, u kummenti.

Dawk li jagħżlu li ma jħallsux jistgħu biss jaqraw posts, jaraw vidjows, u jsegwu l-accounts.

L-inizjattiva għandha l-għan li tiġġieled l-ispam, il-manipulazzjoni tal-pjattaforma, u l-attività tal-bots.

Minbarra l-miżata tal-abbonament, accounts ġodda jeħtieġ li jivverifikaw in-numri tat-telefon tagħhom.

Din l-aħbar issegwi l-akkwist ta’ Twitter minn Musk is-sena l-oħra għal 44 biljun dollaru.

Elon Musk iċċara li l-ħolqien ta’ accounts fejn tista’ taqra biss se jibqa’ bla ħlas.