Kien hemm konfużjoni sħiħa fost id-delegazzjoni tal-Partit Laburista fil-Parlament Ewropew din il-ġimgħa hekk kif Alex Agius Saliba kkritika referenza għal abort li kienet ġiet imbuttata min sieħbu stess fid-delegazjoni Cyrus Engerer.
Il-konfużjoni kompliet fil-vot fejn id-delegazzjoni Laburista abbandunnat lil Alex Agius Saliba fil-plenarja fil-vot fuq l-abort. Cyrus Engerer rawh jaħrab mill-kamra qabel ma ttieħed il-vot. Josianne Cutajar, avolja kienet hemm, m’għafsitx il-buttuna tal-vot. Alfred Sant ma kienx hemm għal votazzjoni kollha.
Jiġifieri minn erba’ deputati tad-delegazzjoni Laburista, kien Alex Agius Saliba waħdu li vvota kontra l-abort illum.
Min-naħa tiegħu l-kap tad-delagazzjoni tal-PN fil-Parlament Ewropew David Casa qal: “Hija ħasra li hemm tant tfixkil fid-delegazzjoni tal-PL, tant li wieħed apparentament ma jkollux l-iċken idea xi jkun qed jagħmel l-ieħor. Fuq l-abort ovvjament is-sitwazzjoni hija ċara. Din hija u se tibqa’ kompentenza nazzjonali. U huwa il-poplu Malti biss li jista’ jintroduċieha Malta, irrespettivament mill-konfużjoni li donnha ħakmet il-kollegi Laburisti.
Kif jirriżulta mill-rekord uffiċjali tal-voti li ġew ippublikati mill-Parlament Ewropew, l-MPE David Casa vvota kontra l-abort, filwaqt li isem Cutajar, Engerer, u Sant ma jidher imkien.
//= $special ?>