Lokali

Anzjana ta’ 78 sena fil-periklu tal-mewt

Mara ta’ 78 sena sofriet ġrieħi serji wara li ntlaqtet minn karozza fiż-Żejtun.

Il-każ seħħ l-Erbgħa għall-ħabta tal-1700, f’Misraħ Karlu Diacano, meta għal xi raġuni l-anzjana residenti ż-Żejtun, intlaqtet minn Toyota Hi-Ace misjuq minn raġel ta’ 39 sena residenti Ħal Tarxien.

Fil-post ġie msejjaħ tim mediku tal-ambulanza li ħadu lil anzjana l-Isptar Mater Dei, fejn ingħatat l-kura meħtieġa. Iktar tard ġiet iċċertifikata bi ġrieħi serji.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Donatella Frendo Dimech li ħatret
inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.