Il-Ġimgħa, l-Assoċjazzjoni Maltija tad-Darts tgħati bidu għall-istaġun 2023-2024 b’Kampjonati maqsuma fi tliet diviżjonijiet.
Iċ-champions Tim A Floriana Ajax jibdew l-impenji tagħhom kontra t-tieni tim tagħhom Tim B Floriana Ajax.
Tim ieħor li mistenni jissielet għar-rebħ tal-Kampjonat huwa Tim A Ħamrun Bayern li wkoll se jilagħbu l-ewwel logħba tagħhom kontra t-tieni tim tagħhom Tim B Ħamrun Bayern.
It-tim promoss ta’ Birżebbuġa Lions li ssaħħew għal dan l-istaġun jiftħu f’konfront delikat kontra Sliema Inter Darts Club filwaqt li PO’s Bar jilgħabu kontra Żejtun Laċċi Gold Lady.
Fit-tieni diviżjoni, it-tim promoss Tim A Birgu Boċċi Club jilagħbu kontra Cox’s Sports Bar filwaqt li t-tim l-ieħor li tela’ mit-tielet diviżjoni Domus Żejtun jibda l-impenji tiegħu kontra Tim A Leah’s Bar.
Fit-tielet diviżjoni hemm diversi timijiet ġodda fosthom Tal-Balklor Senglea, Nicolo Isouard u Sliema Lounge filwaqt li kien hemm ir-ritorn ta’ Munchies Bar. Domus Żejtun se jkunu qed jieħdu sehem ukoll bit-tim tan-nisa.
//= $special ?>