Lokali Transport

Ebda e-scooter tal-kiri minn Marzu li ġej

Fl-1 ta’ Marzu tas-sena d-dieħla se tidħol fis-seħħ projbizzjoni fuq il-kiri ta’ e-kick scooters. Dan filwaqt li l-użu tal-e-kick scooters privati xorta se jkun permissibbli skont il-liġi li hemm fis-seħħ.

Il-Gvern fi stqarrija spjega illi minkejja ż-żieda fl-infurzar u l-multi, xorta ippersista l-inkonvenjent ikkawżat minn e-kick scooters tal-kiri.

Mhux magħruf eżatt x’reazzjoni se jkun hemm mill-kumpaniji li jikru dawn it-tip ta’ scooters, u li tul is-snin investew flejjes kbar fis-sistemi tagħhom.