L-awtoritajiet fi Franza qegħdin jheddu lin-nies responsabbli mit-theddid foloz bi priġunerija u wara li theddid dwar ‘bombi’ – mhumiex bażati fuq il-verità — wasslu biex jitħassru madwar 130 titjira mill-ajruporti tal-pajjiż.
Dan il-livell ta’ ‘ċajt goff’, irriżulta wkoll fl-għeluq tal-Palazz ta’ Versailles għal tlett darbiet f’ħamest ijiem.
Xejn anqas minn 17-il ajruport baqgħu magħluqin, nhar l-Erbgħa, b’kaġun tat-theddid anonimu, bl-awtoritajiet Franċiiżi jsostnu li min jinqabad jagħmel dan iċ-‘ċajt’ għandu jeħel anki l-multi kbar minbarra ħabs.
It-theddid foloz ħolqu konfużjoni sinifikanti fl-ajruporti fost l-evakwazzjoni tan-nies mit-terminals — bl-uffiċjali jissuġġerixxu li l-persuni responsabbli għall-kaos x’aktarx li huma żgħażagħ u anki tfal.
Il-Ministru Franċiż gżat-Trasport, Clement Beaune, qal li l-Gvern tiegħu qed jitratta dan iċ-ċajt daqslikieku reat u meta l-liġi fi Franza tesiġi biex it-telefonati qarrieqa – magħrufin bħala prank calls – iġorru l-pieni massimi ta’ tlett snin ħabs u multi ta’ kważi 50,000 ewro.
Il-Ministru Franċiż għall-Ġustizzja Eric Dupond-Moretti irrefera għall-protagonisti wara l-messaġġi ta’ allert foloz bħala ‘buffi żgħar’ u wiegħed li dawn se jinstabu u jħallsu għal għemilhom skont il-liġi.
//= $special ?>