Sport Sport Ieħor

Futsal: Luxol jirbħu t-tieni rebħa konsekuttiva

Iċ-champions Luxol St Andrew’s kisbu t-tieni rebħa minn daqstant partiti fl-Enemed Futsal League meta ftit sabu diffikultà sabiex għelbu lil Sliema Futsal 13-2.

Żurrieq Bormla Futsal qed jippreparaw bi sħiħ għall-konfront iebes li għandhom kontra l-istess Luxol meta għelbu lil Marsaskala Futsal 8-2 filwaqt li Ta’ Xbiex kisbu l-ikbar rebħa tal-ġurnata meta għelbu 25-0 lil Santa Venera Lightnings.

Swieqi United kellhom rebħa tajba ta’ 4-1 kontra Birżebbuġa St Peter’s b’gowls minn Felipe Molina, Brayan Rivera, Matthew Buhagiar u Dylan Pace.

Rebħa oħra kbira kienet dik li University of Malta ACJ Group wettqu bl iskor ta’ 11-0 kontra t-tim nazzjonali Malti ta’ taħt it-18-il sena.

It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt id-19-il sena kiseb rebħa importanti ta’ 6-2 kontra Gżira United Santa Margerita Futsal.