Il-Gvern ta’ Robert Abela, għal jum ieħor qed jibqa’ jinjora lill-Korpi Kostitwiti u mhux jisma’ mid-diversi appelli li qed isirulu mill-Unions biex ma jintaxxax il-COLA. Dan hekk kif sal-lum għadu qed jirreżisti milli jneħħi t-taxxa minn fuq din iż-żieda għall-għoli tal-ħajja.
Din id-darba kien imiss lill-Ministru Michael Falzon biex bħala għamlu sħabu, baqa’ ma kkommettiex ruħu li l-Gvern, fil-Budget li jmiss jagħti l-COLA b’mod sħiħ.
L-istess wieġeb il-Ministru Owen Bonnici, fejn għal darb’oħra erġajna ma kellna ebda assigurazzjoni mill-Gvern li se jkun qed jisima’ dak li qed jgħidulu l-unions u l-Korpi Kostitwiti u ma jibqax jintaxxa ż-żieda għall-għoli tal-ħajja.
Proprju ftit tal-jiem ilu, il-Kap Eżekuttiv tal-Kamra tal-Kummerċ Marthese Portelli wkoll appellat lill-Gvern sabiex ma jintaxxax il-COLA … filwaqt li insistiet li għandhomx jiġu irranġati t-tax brackets sabiex il-ħaddiema u l-familji jibqgħalhom aktar flus fil-but.
Il-Partit Nazzjonalista ilu żmien twil jipproponi li l-Gvern ma jintaxxax iż-żieda għall-għoli tal-ħajja. Dan sabiex il-famiji u l-ħaddiema jkunu jistgħu jingħataw ż-żieda b’mod sħiħ, u b’hekk jittaffa ftit mill-piż li qed iħossu l-familji Maltin u Għawdxin.
//= $special ?>