Lokali

Koperattivi Malta jippreżentaw il-proposti tagħhom għall-budget 2024

F’laqgħa li kellu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech flimkien ma’ Koperattivi Malta, il-President ta’ Koperattivi Malta, ppreżenta il-miżuri tagħhom għall-Budget 2024.

Ritratt: Martin Agius

Il-President ta’ Koperattivi Malta, qal li t-tfassil tal-liġi fir-rigward tal-koperattivi għandha ssir permezz ta’ konsultazzjoni komprensiva sabiex hekk din il-liġi jkollha viżjoni għal futur. Il-koperattivi kontinwament jevolvu u għalhekk importanti ħafna li din il-liġi tiġi mfassla fuq konsultazzjoni estensiva li tinkludi ħames aspetti kruċjali.

Ritratt: Martin Agius

Waqt din il-laqgħa Koperattiva Malta spjegaw kif il-liġi għanda tiprovdi spjegazzjoni ċara ta’ kif negozju mibni fuq struttura ta’ kumpanija jkun jista’ jagħmel transizzjoni għal struttura ta’ koperattiva, bi spjegazzjoni ċara ta’ x’inhuma l-vantaġġi u l-iżvantaġġi li jidistingwu l-koperattivi.

Aspett kruċjali ieħor huwa li tiġi ntrodotta sistema fejn il-koperattiivi jkunu kapaċi jaħdmu fuq proġetti li joffru kwalita ta’ ħajja aħjar lir-residenti kollha Maltin, waqt li l-inklużjoni f’koperattiva ma tkunx limitata biss għal individwi imma tkun miftuħa wkoll kemm għan-negozji kif ukoll għall-impjegati u l-investituri fost oħrajn.

Ritratt: Martin Agius

Daniel Schembri spjega wkoll kif il-liġi għandha wkoll tinkludi l-karatteristiċi u l-ħtiġijiet kollha sabiex il-koperattivi ta’ pjataforma diġitali jkunu ta’ suċċess.

Ritratt: Martin Agius

L-aħħar aspett kruċċjali huwa li l-liġi għanda tintroduċi struttura fejn iċ-ċittadini jkunu mħeġġa li jkollhom il-koperattivi tagħhom.

Ritratt: Martin Agius

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech, minn naħa tiegħu saħaq li liġijiet dejjem għandhom issiru wara li jkun hemm konsultazzjoni serja, u mhux b’attiudni ta’ ‘ejja ħa neħilsu’.

Jakkumpanjaw lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech għal din il-laqgħa kien hemm id-deputati Robert Cutajar u Toni Bezzina, kif ukoll Norma Camilleri kandidata ġdida tal-Partit Nazzjonalista għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew.