Claudette Buttigieg, PN
Id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg tkellmet fil-parlament dwar Daphne Caruana Galizia u qalet li wara sitt snin il-pajjiż għadu jistenna ġustizzja dwar il-qtil tagħha. Lil Daphne splodewha mhux qaltuha; bl-aktar mod mafjuż u b’messaġġ intenzjonat biex isikket u jwerwer, sostniet Claudette Buttigieg fl-Aġġornament tal-parlament.
Daphne kienet omm u oħt Maltija li kellha l-arma tal-pinna tajba immens. Kien hemm min ħassu mweġġa’ bil-mod kif kienet tikteb Daphne iżda l-persuni pubbliċi jafu li se jkunu kritikati anki jekk mhux dejjem jaqblu mal-kritika.
Id-deputat Nazzjonalista qalet li d-dritt li kulħadd jgħid dak li jħoss għandu jkun garantit. Illum il-pajjiż għandu qed jistenna li jseħħu diversi affarijiet marbuta ma-qtil ta’ Daphne. Hemm rapport għal ċertu bżonnijiet li għandu bżonn il-pajjiż.
Hi qalet li l-mozzjoni tal-Oppożizzjoni biex jibdew jitwettqu r-rakkomandazzjonjiet tal-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta’ Daphne ma kinitx aċċettata mill-gvern. Dan propju meta l-mozzjoni tal-Oppożizzjoni qed tipproponili jitwaqqaf kumitat parlamentari dwar il-ġurnaliżmu u l-libertà tal-espressjoni.
Hi qalet li kienet stenniet li l-gvern jaċċetta li jitwaqqaf dan il-kumitat. Il-PN hu kostruttiv biex l-affarijiet jitwettqu wara li r-rapport li ressaq il-gvern ma mar tajjeb xejn mal-ġurnalisti u fl-opinjoni pubblika, sostniet Claudette Buttigieg.