Il-viżjoni tal-Partit Nazzjonalista hi wegħda ta’ integrità, li jkun hemm mill-ġdid il-fiduċja, bi pjan u b’viżjoni għal ħajja aħjar f’pajjiżna.
Pjan b’viżjoni għal ħajja aħjar f’pajjiżna
Matul konferenza tal-aħbarjiet, li kienet indirizzata mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech, kien imniedi l-vjaġġ ekonomiku tal-Partit Nazzjonalista. Viżjoni ekonomika li tagħti valur lill-impjiegi ta’ kwalità għolja fuq il-kwantità.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista tenna li l-viżjoni tal-Partit Nazzjonalista għal Malta hi li ma jkunx hemm aktar dipendenza fuq ix-xogħol minn barranin ġejjin minn barra l-Unjoni Ewropea, hekk kif se jsir investiment fin-nies u fl-industriji lokali, b’sostenn fil-ħsieb, it-talent lokali u l-innovazjoni.
Sar aċċenn ukoll għat-tiġdid ekonomiku b’ħolqien ta’ xogħol ta’ kwalità, filwaqt li jingħata nifs ġdid lill-ekonomija ta’ Malta. Dan ukoll isir b’viżjoni, fejn in-nies ikunu prijorità, b’investiment fl-edukazzjoni, fil-kura tas-saħħa u fl-enerġija nadifa għal kwalità ta’ ħajja aħjar.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista elenka wkoll il-fatt li l-viżjoni tal-Partit Nazzjonalista hi wkoll salvagwardja tad-demokrazija.
Insaħħu l-qagħda finanzjarja tal-pajjiż
Matul l-istess konferenza tal-aħbarjiet tkellem ukoll il-Kelliem għall-Finanzi Jerome Caruana Cilia, li spjega l-fatti kif inhuma, bid-dejn ta’ Malta qed joqrob aktar u aktar l-€10 biljun. Il-piżijiet tal-għoli tal-ħajja fl-aktar prodotti essenzjali qed ikomplu jżidu l-vulnerabbiltà, b’nuqqas ta’ għajnuniet mill-Gvern Laburista.
Hu elenka l-prijoritajiet ewlenin biex Malta tibqa’ kompetittiva, b’investiment meħtieġ fl-edukazzjoni, b’nuqqas ta’ burokrazija, billi jinħolqu setturi ekonimiċi ġodda, bir-reputazzjoni tkun imħarsa, b’investiment fl-infrastruttura, fit-trasport u fl-ippjanar, b’ippjanar fit-tul u b’investiment fost l-oħrajn f’temi relatati mal-ESG.
Tmien objettivi għal tisħiħ ekonomiku
Min-naħa tiegħu, il-Kelliem għall-Ekonomija u l-Ħolqien ta’ Setturi Ekonomiċi Ġodda Ivan J. Bartolo indika tmien objettivi għal viżjoni Ekonomika għal Malta:
– Business Continuity
– Brand Malta
– Framework għal Start-Ups
– Stakeholder Engagemnet
– Is-setturi eżistenti
– Niċeċ ekonomiċi ġodda
– Marketing u USP Develeopment
– Work Force Mangement
Hu qal li l-viżjoni tal-Partit Nazzjonalista tiffoka fuq proċess ta’ assigurazzjoni li s-setturi jsaħħu l-preżenza tagħhom f’Malta jew saħansitra jinħoloq ambjent biex investituri jinvestu għall-ewwel darba f’pajjiżna.
Investiment li jixraq lill-ħaddiema
U l-Kelliem għas-Settur Marittimu u x-Xogħol Ivan Castillo qal li l-viżjoni tal-Partit Nazzjonalista hi li n-nies jibqgħu fiċ-ċentru tal-politika. Hu tenna li b’assessjar regolari, kontinwament naraw li nsaħħu l-ħiliet tal-‘workforce’ tagħna, filwaqt li jinħolqu inċentivi fiskali finanzjarji u edukattivi għall-gwadann tal-poplu kollu.
//= $special ?>