Edukazzjoni Lokali

Il-UPE b’azzjonijiet industrijali

Id-dewmien min-naħa tal-Ministeru tal-Eukazzjoni sabiex l-istudentu li jkollhom bżonn għajnuna tal-LSE’s jiġu statemented u tibda tingħatalhom din l-għajnuna qed titfa’ pressjoni kbira fuq l-edukaturi filwaqt li qed jimpatta wkoll il-mod tat-tagħlim.

Fi stqarrija l-Union tal-Edukaturi Professjonali, il-UPE qalet li l-għalliema kif ukoll il-Kindergarten Educators mhux qed jirnexxilhom iwasslu l-lezzjoni kif suppost u dan qed jaffettwa lill-klassi sħiħa.

Bosta għalliema u LES’s urew it-tħassib tagħhom għall-fatt li numru ta’ tfal fil-Kindergarten għadhom m ġewx statemented u għalhekk għadhom qed jistennew li jkollhom LSE magħhom. Apparti hekk l-LSE’s diġà għandhom tfal oħra x’jieħdu ħsieb u għalhekk qed ikun diffiċli biex ikunu jistgħu jagħti l-kontribut tagħhom u jgħinu lill-għalliema.

Dan qed iwassal biex xi wħud mill-iskejjel affettwati kellhom jitolbu l-għajnuna ta’ releavers, KGE’s u LSE’s minn klassijiet oħra sabiex jagħtuhom l-għajnuna.

L-UPE qalet li minkejja d-diversi appelli li saru lill-Ministeru dwar din il-problema anke fl-bidu ta’ sena skolastika ġdida, s’sissa għadha ma ttieħdet ebda azzjoni f’dan ir-rigward. U minkejja li uffiċjali għolja kienu assiguraw lill-UPE li kienet se  tittieħed azzjoni, s’issa għadu ma xejn, u dan qed iwassal għal frustrazzjoni akbar.

Għalhekk fid-dawl ta’ dan kollu, il-UPE sejħet għal tilwima industrijali u se tkun qed timplimenta numru ta’ direttivi li se jidħlu fis-seħħ mill-20 ta’ Ottubru.

Fost dawn id-direttivi hemm li shared LSE’s li huma memebru tal-Union m’għandhomx jgħinu lil sutdenti li għadhom ma ġewx statemented. Dan filwaqt li għalliema u KGE’s membri tal-UPE m’għandhomx jaċċettaw studenti li jkunu għadhom ma ġewx statemented u li jkunu qed itellfu lill-klassi.