Lokali

Kliem iebes mill-Ewropa fil-konfront ta’ Robert Abela

Fl-okkażjoni tas-sitt anniversarju mill-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, l-MEP David Casa insista li l-Kummissjoni Ewropea għandha issaħħaħ l-isforzi tagħha “b’azzjoni proporzjonata li tindirizza l-gravità tas-sitwazzjoni”.

U minkejja t-tfixkil tal-MEPs Laburisti li pparteċipaw fid-diskussjoni, l-MEPs mill-gruppi politiċi kollha kellhom kliem iebes għal mod kif Robert Abela ħareġ għonqu biex jiddefendi l-korruzzjoni.

MEP tal-Partit Popolari Ewropew mill-Olanda qal o;li huwa ta’ inkwiet kbir li l-Inkjesta Pubblika dwar l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia kkonkludiet li l-qtil tagħha kien prevedibbli u seta’ jiġi evitat minħabba l-kollass totali tas-saltna tad-dritt f’Malta.

L-MEP Ramona Strugariu mill-partit Renew tal-Liberali mir-Rumanija insistiet li l-ebda politiku ma tressaq il-Qorti b’rabta mal-korruzzjoni li kixfet hi tul ħajjitha.

Min-naħa tiegħu l-MEP Portugiż Paulo Rangel tal-Partit Popolari Ewropew kellu kliem iebes ħafna lejn il-Kummissjoni….u anke lejn l-Istati Membri u lejn il-Partit tas-Soċjalisti li skont hu baqgħu  siekta dwar is-saltna tad-dritt f’Malta.