Internazzjonali

L-Eġittu u l-Istati Uniti jaċċettaw li tasal l-għajnuna f’Gaza

Il-Hamas bdew l-attaki tagħhom fuq Izrael 12-il jum ilu u s’issa dawn l-attakki ħallew 1,400 Iżraeljan mejta u 3’500 vittma Palestinjan.

Il-President tal-Eġittu Abdel Fattah-al-Sisi aċċetta li jiftaħ il-passaġġ Rafah li qiegħed fil-fruntiera ta’ bejn l-Eġittu u Gaza sabiex iħalli mal-20 truck mimli b’għajnuna diversa jidħlu f’Gaza. Dan wara li l-President Joe Biden qal li l-għajnuna tal-Istati Uniti f’Gaza mistennija tibda tasal mil-Ġimgħa.

L-għajnuna mill-Eġittu mistennija tibda tasal ukoll mill-Ġimgħa, madanakollu ma kien hemm l-ebda risposta dwar jekk il-Palestinjani hux ser jitħallew jitilqu minn Gaza permezz tal-passaġġ Rafah. Fir-rigward ta din l-għajnuna, Iżrael qali li mhux ser iwaqqaf dawn il-konsenji ta’ għajnuna delment li ma jaslux għand il-Hamas.

Waqt li l-vista li kellhu f’Iżrael il-President tal-Istati Uniti , Joe Biden wera l-appoġġ tiegħu lil -Iżrael li ċaħħad kull involviment fuq l-attak li seħħ fi sptar f’Gaza, minn naħa l-oħra l-President tal-Parlament Ewopew Roberta Metsola, qalet li l-attakk li seħħ fuq l-isptar f’Gaza mhux ġustifikabbli u għandu jsir kull sforz possibli biex ikun magħruf x’ġara.

Intant ftit tal-minuti ilu wasal f’Iżrael il-Prim Ministru tar-Renju Unit Rishi Sunak, fejn fil-pront qal li l-attakki li saru mill-Hamas huma atti teroristiċi, u mill-ġdid tenna l-appogg tiegħu lil Iżrael.