Minn madwar 100 pajjiżi li jiffurmaw il-klassifika tal-aqwa postijiet fejn wieħed jaħdem f’ambjent ta’ remote working…il-Gvern Malti klassifika fit-33 post.
Dan l-istħarriġ – li sar mill-kumpanija NordLayer – kien ibbażat fuq kejl ta’ erba’ kriterji – cyber safety, sigurta ekonomika, infrastrutura diġitali u fiżika, u s-sigurta soċjali.
Skond dan l-istarriġ, il-Gvern Malti qed jonqos ferm fl-aspett ta’ sigurta online…. hekk kif f’dan l-ambitu, partikolari Malta klassifikat fit-42 post.
Għal dawk li jixtiequ jibdew jaħdmu mid-dar jew inkella f’post li mhux l-ambjent tax-xogħol, id-Direttur ta’ NordLayer irrikomanda numru ta’ proposti fosthom li dejjem jintuża VPN speċjalment waqt ħidma permezz ta’ Wifi pubbliku.
Hu spjega li l-użu ta’ Wifi pubbliku qatt ma huwa idea tajba, u huwa mportanti ħafna li meta jintuża l-aċċess ta’ Wifi pubbliku ma tintuza ebda password personali għax din faċli tittieħed minn hackers differenti.
Fost proposti oħra, issemma’ wkoll is-suġġeriment li jintuża two-factor authentication kif ukoll passwords ikumplikati li persuni oħra mhux faċli jiskopru.
Fil-quċċata ta’ din il-lista insibu lid-Danimarka, l-Olanda, il-Ġermanja u l-Spanja.
Kumparata ma’ pajjiżi oħra ġirien tagħha, Malta klassifikat qabel il-Greċja u qabel Ċipru, pero wara l-Italja. Anke pajjiżi bħall-Estonja u s-Slovakkja kisbu punteġġ aħjar minn dak tal-Gvern Malti.
//= $special ?>