Mara sofriet ġrieħi gravi wara li kienet involuta f’inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tas-sitta u nofs fi Triq San Ġiljan, Birkirkara.
Il-Pulizija marru minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari irriżulta li mara ta’ 47 sena residenti Birkirkara intlaqtet minn Toyota Yaris misjuqa minn mara ta’ 24 sena residenti Birkirkara wkoll.
Il-mara ta’ 47 sena ingħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikata bi ġrieħi gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ
//= $special ?>