Lokali Parlament

Problemi bl-implimentazzjoni tal-liġi tal-IVF

Ritratt: Martin Agius


Stephen Spiteri, PN


Id-deputat Nazzjonalista Stephen Spiteri qal fl-Aġġornament tal-parlament li minkejja lliġijiet li għaddew dwar l-IVF, fir-ealtà għad hemm problemi kbar biex dawn il-liġijiet u proċeduri jkunu implimentati.


Stephen Spiteri qal li minn meta twaqqfet l-Awtorità dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni, l-gvern Laburista wettaq diversi riformi oħra dwar l-IVF iżda llum fir-realtà hemm diversi problemi. Fost dawn hemm il-waiting list u n-nuqqas ta’ funzjar mill-Awtorita bil-konsegwenza li ma jistgħux ikunu approvati proċessi li jkunu diġà bdew.


Hu qal li anki fil-kura u l-mediċini hemm problemi ta’ mediċini out-of stock waqt li l-ħaddiema fis-settur u fil-klinika m’humiex stamati tant li hemm min mhux iħossu li għandu jkompli l-karriera.


Id-deputat Nazzjonalista qal li hemm differenza bejn dak li jingħad u l-fatti tant li għad hemm min qed jistenna trasferiment tal-bajd mill-2018. Il-liġi l-ġdida li għamlet possibbli l-imlamtantion genetic testing għaddiet mill-parlament iżda hemm differenza bejn dak li intqal fil-parlament u l-fatti għaliex il-proċess għadu lanqas beda.


Stephen Spiteri espriema simpatija mal-infermiera, professjonisti u dawk li jaħdmu fis-settur u appella biex dawn ikunu stmati. Hu appella lill-gvern biex mhux biss jgħaddi l-liġijiet iżda li dawn iwasslu għar-riżultati.