Lokali Qorti

Rosianne Cutajar tista’ tkun involuta f’aktar korruzzjoni milli rrappurtata, Mark Camilleri jgħid fil-Qorti

L-awtur u l-ġurnalist Mark Camilleri qal fil-Qorti li l-iskala tal-korruzzjoni li fiha hija involuta l-eks Segretarju Parlamentari Laburista Rosianne Cutajar “tista’ tkun ferm akbar” minn dak li ġie rrappurtat. Cutajar, illum deputat indipendenti, wara li rriżenjat is-sħubija tagħha fil-Partit Laburista wara li Camilleri ppubblika traskrizzjonijiet ta’ eluf ta’ chats bejnha u Yorgen Fenech, għal darb’oħra naqset milli tidher għas-seduta tal-Ħamis fil-kawża ta’ libell li ressqet kontra Camilleri.

Din kienet it-tielet darba konsekuttiva li Cutajar ma ressqitx il-Qorti f’dan il-każ ta’ libell magħmul minnha stess u dan f’inqas minn 24 siegħa wara li attendiet il-Qorti f’każ ta’ fastidju kriminali li kienet ippreżentat kontra Camilleri.

L-assenza bla spjegazzjoni tagħha jidher ukoll li kien ta’ sorpriża wkoll lill-avukat tagħha, u kien biss lejn l-aħħar tas-seduta li l-avukat Edward Gatt, li qed jirrappreżenta lil Cutajar flimkien mal-avukat Mark Vassallo, qal lill-Maġistrat Rachel Montebello li kien għadu kif ikkomunika magħha fejn infurmatu li ma tixtieqx tgħid ir-raġuni għan-nuqqas tagħha f’seduta pubblika.

Dr. Gatt qal lill-Qorti li kien se jiżgura li l-klijent atiegħu tattendi għas-seduta li jmiss. L-Avukat Joseph Mizzi, li deher għal Camilleri, irrifjuta li jipproċedi b’referenza għall-ġurament ta’ Camilleri – proċedura legali li biha l-parti l-oħra titqies li fetħet iil-kawża minħabba n-nuqqas tagħha – u nforma lill-Qorti li kien se sejjaħ lil Cutajar. bħala xhud għad-difiża, minflok.

Mark Camilleri, li kellu jixhed ukoll illum, ħa l-pedana tax-xhieda. L-avukat tiegħu staqsieh x’kienet jgħid il-post ikkontestat fuq Facebook. “Ktibt ktieb bl-isem ‘A Rent Seekers Paradise’ u kont qed intella’ siltiet minnu fuq Facebook biex nippromwovuh. Wieħed mis-siltit ttratta r-relazzjoni illeċita u korrotta bejn Cutajar u Yorgen Fenech.”

Evidenza preponderanti wriet li Yorgen Fenech kien qed jaħsel il-flus għall-eks ministru tal-enerġija Konrad Mizzi u l-eks Chief of Staff tal-OPM Keith Schembri fuq il-proġett tal-Electrogas, qal Camilleri fil-Qorti.

“Ir-relazzjoni bejn Fenech u Cutajar kienet korrotta, fejn ġew skambjati flus u favuri, u għalhekk investigajt. Kien korrott għax Fenech kien qed jiġi investigat għall-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, fl-istess ħin ħarġet dik l-informazzjoni li Fenech kien is-sid ta’ 17 Black.

17 Black kienet il-kumpanija ta’ Dubai li kellha tintuża minn Fenech biex tibgħat flus lil Konrad Mizzi u Keith Schembri. F’dan iż-żmien, Rosianne Cutajar kienet taf dwar 17 Black u li Fenech kien qed jiġi investigat b’rabta magħha.

“Nafu li dak iż-żmien, Fenech kien f’relazzjoni magħha, minkejja dan, Rosianne kienet qabżet għalih, kemm fil-Parlament Malti kif ukoll quddiem il-Kunsill tal-Ewropa. Hija sostniet li l-flus li rċeviet mingħand Fenech kienu minn kuntratt ta’ proprjetà, meta ma kellha l-ebda esperjenza fin-negozju tal-proprjetà u Fenech ma kellux għalfejn jużaha,” huwa qal.

“Ir-relazzjoni tagħhom ma ġietx żvelata. Fil-fatt, in-nuqqas tagħha li qatt tiżvela din ir-relazzjoni stess jindika n-natura illeċita tagħha. Cutajar iħobb ittella’ ritratti tagħha u ta’ diversi għarajjes tagħha fuq Facebook, iżda qatt ma Fenech,” spjega Camilleri fil-Qorti.

“Hi ddefendiet ukoll l-attività tal-gvern fir-rigward tal-Electrogas, lil Joseph Muscat u Keith Schembri – tiddefendi b’mod regolari u b’mod miftuħ il-korruzzjoni kollha li kien involut fiha Fenech, inkluż ma’ Joseph Muscat u Keith Schembri.”

Camilleri rrimarka wkoll li l-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika kien irrapporta wkoll il-ftehim ta’ proprjetà ta’ Cutajar ma’ Fenech bħala reat possibbli, minbarra li kien ksur ta’ etika faħxi, kompa jgħid. Mizzi talalb lill-akkużat jispjega jekk il-flus kinux ġew skambjati qabel jew wara d-diskors tagħha quddiem il-Kunsill Ewropew.

“Ingħata qabel, iżda dawn huma biss il-flus li nafu dwarhom. Yorgen Fenech ħadha wkoll Pariġi u xtara proprjetà qabel dan kollu. Dak li nafu hu miċ-chats ta’ WhatsApp, iżda l-iskala tista’ tkun ferm akbar,” huwa qal.

Camilleri qal lill-Qorti li kellu evidenza li turi li l-Membri Parlamentari tal-Gvern mhux biss użaw Whatsapp fil-komunikazzjonijiet tagħhom ma’ Fenech, iżda użaw ukoll is-Signal “għal komunikazzjonijiet aktar sensittivi”.

“Meta kont ippublikajt l-istorja, kemm fil-ktieb tiegħi kif ukoll fuq Facebook, kont konxju tal-kontenut taċ-chats, allura dak li kont qed ngħid, oġġettivament mill-pożizzjoni tiegħi, kien ippruvat b’evidenza sostanzjali.”

Meta wieġeb mistoqsija ta’ Dr. Gatt, Camilleri qal li l-ktieb kien “inkiteb fl-2021 u ppubblikat fl-2021.” “Ktibtu f’sena waħda?” staqsa l-avukat. “Fi tliet xhur,” wieġeb Camilleri. Il-każ ġie differit għal Novembru għax-xhieda ta’ Cutajar.