Internazzjonali

Stati Uniti: Miet l-attur Burt Young…wieħed mill-protagonisti fil-films ta’ Rocky’

L-attur Amerikan Burt Young – magħruf  l-aktar għar-rwol ta’ ‘Paulie Pennino’ fis-sitt films oriġinali tas-sensiela Rocky — miet fl-età ta’ 83 sena.

Intant, Sylvester Stallone, l-attur protagonista ta’ Rocky, kien fost l-ewwel personalitajiet ta’ Hollywood li esprima niket għat-telfa tal-ħabib u kollaboratur antik tiegħu.

Young, li kellu nisel Taljan, fl-1977, kien irċieva nominazzjoni għal Oscar għall-Aqwa Attur f’parti sekondarja proprju għall-interpretazzjoni ta’ Paulie  u tul is-snin bena karriera prolifika fil-qasam tal-films u t-televiżjoni.

L-attur kellu anki interpretazzjoni memorabbli fil-film Once Upon A Time in America ta’ Martin Scorsese minbarra li kien ukoll protagonista fil-films Last Exit to Brooklyn u Mickey Blue Eyes. Burt Young impressjona wkoll f’diversi sensiliet għat-televiżjoni li jinkludu The Sopranos, Law & Order, The Rockford Files u M*A*S*H.