Raġel mill-Maċedonja ta’ 52 sena residenti San Pawl il-Baħar qed isofri minn ġrieħi gravi wara li waqa’ għoli ta’ madwar żewġ sulari u nofs f’residenza fiż-Żurrieq.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-10:45 am fi Triq l-Imdawra fejn jidher li r-raġel kien qed jagħmel xi xogħol fir-residenza.
Fil-post issejjaħ tim mediku li wara li taw l-ewwel għajnuna, ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei għal iktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija u tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà Fuq il-Post tax-Xogħol għadhom għaddejjin.
//= $special ?>