Lokali

Bernard Grech iżur il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech żar il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb li qed isir fl-MFCC, f’Ta’ Qali b’xelta vasta ta’ kotba kemm bil-lingwa Maltija u anke b’lingwi oħra, fost l-Ingliż.

Bernard Grech, flimkien ma’ martu AnneMarie, iltaqgħu ma’ dawk preżenti kemm adulti u anke tfal li kienu qed iqalbu qalb il-kotba li kien hemm għall-festival.

Ma’ Net News, Bernard Grech qal li l-awtoritajiet iridu jassiguraw li l-pubblikaturi u l-kittieba Maltin jingħataw l-għajnuna meħtieġa.

U ma jistax jonqos li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista, fid-dawl tas-saga tal-impjieg ta’ Norma Saliba, huwa fakkar kif l-awtoritajiet għandhom minnufih jieħdu azzjoni dwar dan.

Għad-39 edizzjoni tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb li qed issir mit-18 sat-22 ta’ dan ix-xahar, jakkumpanja lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista kien hemm id-Deputat Nazzjonalista, Justin Schembri.

Ritratti: Joseph Galea